
Il-protezzjoni tad-data personali tiegħek
Din l-istqarrija ta’ privatezza tipprovdi informazzjoni dwar l-ipproċessar u l-protezzjoni tad-data personali tiegħek.
Operazzjoni tal-ipproċessar: Pjattaforma tal-Europass
Kontrollur tad-Data: DĠ EMPL
Referenza tar-rekord: DPR-EC-04686.3
Il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Kummissjoni”) impenjata li tipproteġi d-data personali tiegħek u li tirrispetta l-privatezza tiegħek. Il-Kummissjoni tiġbor u tkompli tipproċessa d-data personali skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001).
Din l-istqarrija ta’ privatezza tispjega għalfejn id-data personali tiegħek tiġi pproċessata, il-mod kif il-Kummissjoni tiġbor u tittratta d-data personali kollha li inti tipprovdi, u l-mod kif tiżgura l-protezzjoni tagħha. Tispjega wkoll kif tintuża dik l-informazzjoni, u x’inhuma d-drittijiet tiegħek b’rabta mad-data personali tiegħek. Tispeċifika d-dettalji ta’ kuntatt tal-Kontrollur tad-Data responsabbli li tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek miegħu, tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
L-informazzjoni relatata mal-operazzjoni ta’ pproċessar “il-Pjattaforma Europass” imwettqa mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni (DĠ EMPL) hi ppreżentata hawn taħt.
Id-data personali fornuta jew importata mill-utenti tal-Europass fuq il-pjattaforma Europass għandha tintuża biex jinħolqu l-kont u l-profil Europass personali online tagħhom, li jintużaw mill-Europass biex:
- Toffri suġġerimenti personalizzati – Se tuża d-data tiegħek, inkluż id-data dwar l-attività tiegħek fuq il-pjattaforma, biex tifhem u tagħti stimi affidabbli tal-preferenzi u l-interessi tiegħek, biex toffrilek suġġerimenti fir-rigward tal-ħiliet, l-impjiegi u l-korsijiet rilevanti għalik (eż. ħiliet li jaf ksibt mill-esperjenzi li kellek; opportunitajiet ta’ impjieg, korsijiet jew kwalifiki li jistgħu jinteressawk u li huma relatati mal-ħiliet u l-preferenzi tiegħek, jew postijiet tax-xogħol vakanti jew korsijiet li tkun issejvjajt, eċċ.). Dawn is-suġġerimenti tista’ tiddiżattivahom.
- Tivvaluta l-prestazzjoni tal-Europass – Il-Europass se tiġbor u tikkompila d-data abbażi tal-attività tiegħek biex tevalwa l-prestazzjoni tal-pjattaforma. Id-data dwar l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni bħan-numru ta’ dokumenti tal-Europass iddawnlowdjati, in-numru ta’ drabi li ġiet aċċessata l-pjattaforma, u d-downloads se tiġi ppubblikata fuq il-pjattaforma Europass perjodikament u se tintuża biex tiġi evalwata l-prestazzjoni tal-pjattaforma. L-informazzjoni personali tiegħek mhijiex se tintuża għal dan l-iskop.
- Twettaq analiżi tas-suq tax-xogħol u analiżi tal-mobbiltà tal-apprendiment – Informazzjoni bħall-età, in-nazzjonalità, l-esperjenza ta’ apprendiment u ta’ xogħol, u l-ħiliet se tinġabar u tintuża għal skopijiet statistiċi. Id-data tiegħek se tiġi kkompilata u anonimizzata biex jiġu prodotti biss indikaturi statistiċi ta’ livell għoli li ma jinkludu l-ebda informazzjoni identifikabbli personalment. Tali pproċessar jikkonforma mal-Artikolu 24(2)–(4) tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data). Din id-data se tintuża mill-Kummissjoni Ewropea biex tidentifika x-xejriet fil-qasam tal-edukazzjoni u l-impjiegi, tbassar il-ħtiġijiet futuri b’rabta mal-ħiliet u ttejjeb is-servizzi offruti mill-Europass.
- Tikkomunika mal-utenti tal-Europass – Tipprovdi informazzjoni dwar kwalunkwe bidla (aġġornamenti tekniċi jew tas-sigurtà) li tista’ taffettwa l-kont Europass tiegħek (eż. billi tibgħat email dwar l-azzjoni meħtieġa biex jinbidlu l-mekkaniżmi ta’ awtentikazzjoni, l-aġġornament tat-termini tal-użu, jew kwistjonijiet b’rabta mat-tip ta’ data pprovduta minnek fuq il-Europass).
- Tikkomunika mal-utenti tal-Europass – Tipprovdi informazzjoni dwar il-funzjonalitajiet tal-Europass, informazzjoni rilevanti għall-karriera u għall-apprendiment tul il-ħajja, informazzjoni dwar il-Kredenzjali Diġitali Ewropej għall-Apprendiment, jew tistiednek biex tipparteċipa fi stħarriġiet, evalwazzjonijiet, jew inizjattivi simili oħra. Meta trid tista’ tagħżel li tibda jew tieqaf tirċievi din il-komunikazzjoni.
- Tiżgura l-manutenzjoni u l-konformità tal-pjattaforma Europass – Id-data u l-informazzjoni li jkun fihom kontenut illegali jew mhux xieraq jistgħu jitfittxu u jitneħħew b’mod attiv mill-pjattaforma, kif meħtieġ mill-Att dwar is-Servizzi Diġitali, ir-Regolament (UE) 2022/2065.
- Tassisti lill-utenti tal-Europass – Inti tista’ tagħti l-kunsens espliċitu lill-proċessur tad-data li jirrieżamina l-kont tiegħek u l-portafoll elettroniku assoċjat jew il-kont assoċjat tiegħek “Żviluppatur tal-Kredenzjali Online” sabiex jassistik meta taffaċċja problema fuq il-pjattaforma jew biex janalizza l-kawża ewlenija ta’ problema li tkun irrappurtajt.
Aħna nipproċessaw id-data personali tiegħek, għax:
- l-ipproċessar ikun meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċitar ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-istituzzjoni jew lill-korp tal-Unjoni;
- is-suġġett tad-data jkun ta l-kunsens għall-ipproċessar tad-data personali tiegħu għal skop speċifiku wieħed jew aktar;
- l-ipproċessar ikun meħtieġ sabiex ikunu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-data jew ta’ persuna fiżika oħra.
Sabiex titwettaq din l-operazzjoni ta’ pproċessar, id-DĠ EMPL jiġbor il-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:
- Isem/Ismijiet
- Kunjom(ijiet)
Il-forniment ta’ din id-data personali hu obbligatorju biex toħloq profil Europass. Jekk ma tipprovdix din l-informazzjoni, jaf ma tkunx tista’ toħloq profil Europass, u b’hekk ma tkunx tista’ toħloq kont Europass.
Fost l-informazzjoni addizzjonali mhux obbligatorja miġbura mill-Europass biex inti tkun tista’ toħloq profil komplut u tibbenifika mis-servizzi offruti mill-Europass insibu:
- Identifikatur tal-EU Login
- Rekord tal-login tal-utent, u metodi tal-login
- Rekord tal-attivitajiet tal-kont tal-utent (Rekord tal-Attivitajiet)
- Isem u kunjom
- Ġeneru
- Stampa tal-profil
- Data tat-twelid u età
- Post tat-twelid
- Nazzjonalità/nazzjonalitajiet
- Lingwi
- Passaport
- Dokument tal-identifikazzjoni
- Permess tar-residenza
- Informazzjoni ta’ kuntatt (jiġifieri l-email, is-sit, in-numru tal-mowbajl, il-pjattaformi tal-media soċjali b’messaġġi instantanji)
- Esperjenza ta’ xogħol
- Permess tax-xogħol
- Dettalji tal-liċenzja tas-sewqan
- Edukazzjoni u taħriġ
- Kredenzjali Diġitali Ewropej għall-Apprendiment, jiġifieri kredenzjali ffirmati diġitalment, li fihom data addizzjonali lil hinn mill-kategoriji deskritti hawnhekk (eż. sħubija fi grupp, identifikaturi personali, isem li jingħata mat-twelid, isem patronimiku) applowdjati f’Il-Librerija Tiegħi
- Curriculum vitae
- Ittri ta’ akkumpanjament
- Applikazzjonijiet
- Data relatata mal-esperjenza ta’ xogħol u mal-esperjenza professjonali
- Data relatata mal-ħiliet (eż. Il-Ħiliet Tiegħi)
- Data relatata mal-karriera u mal-interessi fir-rigward tal-apprendiment (eż. L-Interessi Tiegħi, Il-Favoriti Tiegħi)
- Data relatata mal-edukazzjoni u t-taħriġ
- Dokumenti applowdjati (eż. stampi, filmati, dokumenti f’formati aċċettati, eċċ.)
- Riżultati tat-testijiet dwar il-ħiliet diġitali
- Data relatata mal-kisbiet personali u professjonali (eż. proġetti; pubblikazzjonijiet; networks u sħubijiet)
- Data dwar l-interazzjoni tal-utent (jiġifieri l-postijiet tax-xogħol vakanti u l-opportunitajiet ta’ apprendiment jew il-kwalifiki kkonsultati, it-tiftix u r-riżultati tat-tiftix assoċjati, eċċ.)
- L-aħħar aċċettazzjoni tal-istqarrija ta’ privatezza
- U informazzjoni addizzjonali dwar il-ħiliet, il-kwalifiki u l-apprendiment li l-utenti jistgħu jagħżlu li jfornu.
Id-DĠ EMPL iżomm id-data personali tiegħek għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tal-ġbir jew tal-ipproċessar ulterjuri biss, kif deskritt fit-taqsima “Għaliex u kif nipproċessaw id-data personali tiegħek?”, jiġifieri għal perjodu ta’ 5 snin mill-aħħar darba li jkun ġie aċċessat il-kontenut tal-Portafoll elettroniku tiegħek. Matul dan il-perjodu, se tirċievi notifiki dwar l-aspetti kollha tad-data tiegħek fil-Europass. Il-Kredenzjali Diġitali Ewropej għall-Apprendiment jinżammu għal perjodu ta’ 5 snin fil-kartiera tal-Kredenzjali Diġitali Ewropej. Meta toħroġ kredenzjali diġitali Ewropea, u f’konformità mar-regoli dwar il-privatezza tagħha stess, l-istituzzjoni emittenti tista’ tiddeċiedi li ma toħloqx kartiera temporanja tal-Europass biex taħżen il-kredenzjali għal perjodu ta’ 6 xhur. L-utent jiġi infurmat permezz ta’ email.
Iva, xi kategoriji speċjali tad-data huma pprojbiti skont l-Artikolu 10(1) bħal:
- Data li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika
- Data li tiżvela l-opinjonijiet politiċi
- Data li tiżvela t-twemmin reliġjuż jew filosofiku
- Data li tiżvela s-sħubija fi trade union
- Data ġenetika, u data bijometrika sabiex persuna fiżika tiġi identifikata b’mod uniku
- Data dwar is-saħħa
- Data dwar il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna fiżika
Jaf ikun hemm ċirkostanzi fejn tali data tkun direttament jew indirettament preżenti meta tapplowdja d-dokumenti. Inti mitlub toqgħod attent li ma żżidx il-kategoriji tad-data msemmija hawn fuq fid-data li ddaħħal jew fid-dokumenti li tapplowdja fil-Europass tiegħek.
Id-data personali kollha f’format elettroniku (emails, dokumenti, bażijiet tad-data, lottijiet ta’ data applowdjati, eċċ.) tinħażen fis-servers tal-Kummissjoni Ewropea. L-operazzjonijiet ta’ pproċessar jitwettqu kollha skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta’ Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea.
Sabiex tipproteġi d-data personali tiegħek, il-Kummissjoni daħħlet fis-seħħ numru ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi. Il-miżuri tekniċi jinkludu azzjonijiet xierqa biex jindirizzaw is-sigurtà online, ir-riskju ta’ telf ta’ data, it-tibdil ta’ data jew l-aċċess mhux awtorizzat, filwaqt li jitqies ir-riskju ppreżentat mill-ipproċessar u n-natura tad-data personali li tkun qed tiġi pproċessata. Il-miżuri organizzattivi jinkludu r-restrizzjoni tal-aċċess għad-data personali għal persuni awtorizzati biss bi ħtieġa leġittima ta’ tagħrif għall-finijiet ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar.
L-aċċess għad-data personali tiegħek jingħata lill-persunal tal-Kummissjoni responsabbli biex iwettaq din l-operazzjoni ta’ pproċessar u lill-persunal awtorizzat skont il-prinċipju tal-“ħtieġa ta’ tagħrif”. Dan il-persunal jimxi ma’ ftehimiet ta’ kunfidenzjalità statutorji, u fejn meħtieġ, ma’ ftehimiet addizzjonali ta’ kunfidenzjalità.
L-informazzjoni li niġbru mhi se tingħata lill-ebda parti terza, ħlief sal-punt u għall-iskop li nistgħu nkunu obbligati nagħtuha bil-liġi.
Inti għandek drittijiet speċifiċi bħala “suġġett tad-data” skont il-Kapitolu III (l-Artikoli 14–25) tar-Regolament (UE) 2018/1725, b’mod partikolari d-dritt li taċċessa, tirranġa jew tħassar id-data personali tiegħek, u d-dritt li tillimita l-ipproċessar tagħha. Fejn applikabbli, għandek ukoll id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar jew id-dritt għall-portabbiltà tad-data.
Għandek id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek, li jitwettaq legalment skont l-Artikolu 5(1)(a).
Inti tajt il-kunsens tiegħek li tipprovdi d-data personali tiegħek lid-DĠ EMPL għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar. Tista’ tirtira l-kunsens tiegħek meta trid billi tinnotifika lill-Kontrollur tad-Data. L-irtirar mhux se jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar imwettaq qabel ma tkun irtirajt il-kunsens.
Tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek billi tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, jew f’każ ta’ kunflitt lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. Jekk ikun meħtieġ, tista’ tindirizza wkoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
Jekk tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek fil-kuntest ta’ operazzjoni ta’ pproċessar speċifika waħda jew aktar, fit-talba tiegħek ipprovdi d-deskrizzjoni tagħhom (jiġifieri, ir-referenza/i tar-rekord tagħhom kif speċifikat fit-taqsima “Fejn tista’ ssib aktar informazzjoni ddettaljata?” hawn taħt) fit-talba tiegħek.
Il-Kontrollur tad-Data
Jekk tkun tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, jew jekk għandek xi kummenti, mistoqsijiet jew tħassib, jew jekk tixtieq tressaq ilment rigward il-ġbir u l-użu tad-data personali tiegħek, ikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data.
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) tal-Kummissjoni
Tista’ tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar tad-data personali tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS)
Inti għandek id-dritt tirrikorri għand (jiġifieri tista’ tressaq ilment ma’) il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jekk jidhirlek li nkisru d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 b’riżultat tal-ipproċessar tad-data personali mill-Kontrollur tad-Data.
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) tal-Kummissjoni jippubblika r-reġistru tal-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar tad-data personali mill-Kummissjoni, li jkunu ġew dokumentati u nnotifikati lilu.
Din l-operazzjoni ta’ pproċessar speċifika ġiet inkluża fir-reġistru pubbliku tal-UPD bir-referenza tar-rekord li ġejja: DPR-EC-04686.3