Biex tissettja l-app mobbli tal-EU Login bħala t-tieni metodu ta’ awtentikazzjoni biex taċċessa l-portal tal-Europass, trid issegwi 3 passi:
- Iddawnlowdja l-app
- Issettja “Apparati mobbli” fuq il-kredenzjali tal-EU Login tiegħek fuq is-sit web tal-ECAS.
- Agħżel il-metodu ta’ awtentikazzjoni “Mobile app + pin”.
Iddawnlowdja l-app fuq l-apparat tiegħek. Meta toħloq il-kont u jirnexxielek tawtentika għall-ewwel darba fuq is-sit web tal-ECAS, ċaqlaq il-mouse fuq il-“gear” fir-rokna ta’ fuq tal-lemin biex turi l-menu u agħżel “Il-Kont Tiegħi”.
Ikklikkja “Immaniġġja l-apparati mobbli tiegħi”. Ikklikkja “Żid apparat mobbli”.
Imla l-informazzjoni meħtieġa fuq l-iskrin “Żid apparat mobbli”. Jenħtieġ li tipprovdi isem għall-apparat tiegħek u tissettja kodiċi PIN b’erba’ ċifri.
Ikklikkja l-buttuna Issottometti.
Iftaħ l-app tal-EU Login fuq it-telefown tiegħek u agħżel l-opzjoni “Inizjalizza”. Segwi l-istruzzjonijiet fuq l-iskrin u ppermetti aċċess għall-kamera tiegħek.
L-iskener tal-kodiċi QR se jixgħel fuq l-apparat mobbli tiegħek, u se jintwera kodiċi QR fuq l-iskrin tal-PC tiegħek.
Ipponta l-kamera tal-mobile tiegħek lejn l-iskrin tal-PC sakemm jintgħaraf il-kodiċi QR.
Fl-iskrin “Awtentikazzjoni”, daħħal il-kodiċi PIN b’erba’ ċifri li ssettjajt qabel u kklikkja “Awtentika”.
Fuq l-apparat tiegħek se jintwera messaġġ ta’ suċċess, li jikkonferma s-setup tal-apparat mobbli tiegħek mal-EU Login.
Prosit! L-app mobbli tal-EU Login tiegħek irnexxielha tiġi installata u tista’ tużaha għall-awtentikazzjoni. Ikklikkja “Kompli” biex terġa’ tmur lura lejn l-iskrin tal-bidu.