It-Termini u l-Kundizzjonijiet tal-Użu tal-Europass

Introduzzjoni

Is-servizzi tal-pjattaforma tal-Europass huma pprovduti lilek soġġett għat-Termini u l-Kundizzjonijiet li ġejjin. Meta taċċessa jew tuża l-pjattaforma tagħna, tkun qed taqbel li tintrabat b’dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet tal-użu.

Il-Kummissjoni Ewropea, bħala s-sid tal-pjattaforma, għandha r-responsabbiltà li tiżgura li l-pjattaforma tkun sikura, affidabbli u aċċessibbli għall-utenti kollha. Huwa għalhekk li ġie stabbilit sett ta’ Termini u Kundizzjonijiet biex jirregolaw l-użu tal-pjattaforma u biex jiżguraw li l-pjattaforma qed tintuża għall-iskop maħsub tagħha li tippromwovi trasparenza aħjar tal-kwalifiki u l-kompetenzi permezz ta’ portafoll ta’ għodod u dokumenti. Huwa importanti li tkun taf u taderixxi ma’ dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet biex iżżomm ambjent sikur, sigur u ġust għall-utenti kollha.

Għalhekk, japplikaw it-termini u l-kundizzjonijiet li ġejjin għall-użu tal-pjattaforma tal-Europass:

Kontenut Illegali jew Qarrieqi

Għandek tapplowdja, taħżen jew tixxerja biss kontenut fuq il-pjattaforma tal-Europass li jallinea ruħu mal-għan maħsub tal-Europass. M’għandekx tuża l-pjattaforma tal-Europass biex tapplowdja, taħżen, jew tixxerja kwalunkwe kontenut illegali jew qarrieqi, inkluż iżda mhux limitat għal, informazzjoni falza, plaġjariżmu, jew ksur tal-proprjetà intellettwali (kontenut li jikser id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta’ oħrajn, bħal materjal bid-drittijiet tal-awtur jew trademarks).

Il-Privatezza u l-Protezzjoni tad-Data

Trid tirrispetta l-privatezza ta’ utenti oħra u tikkonforma mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data. M’għandekx tapplowdja jew tixxerja informazzjoni sensittiva jew personali mingħajr il-kunsens espliċitu tas-sid.

Imġiba Etika

Trid tuża l-pjattaforma tal-Europass b’mod etiku u rispettuż, filwaqt li tevita kwalunkwe azzjoni li tista’ tkun ta’ ħsara, abbużiva, jew diskriminatorja fil-konfront ta’ oħrajn. M’għandekx tapplowdja, taħżen jew taqsam xi kontenut mhux etiku jew mhux xieraq.

Sigurtà

Hija r-responsabbiltà tiegħek li żżomm il-kont tiegħek sikur billi toħloq password b’saħħitha u żżommu privat. Tixxerjax l-informazzjoni tal-kont tiegħek ma’ oħrajn jew titlobx id-dettalji tal-login fil-kont ta’ ħaddieħor. Barra minn hekk, tista’ tieħu passi raġonevoli addizzjonali biex tiżgura s-sigurtà tal-kont tiegħek, inkluż iżda mhux limitat għall-attivazzjoni tal-awtentikazzjoni b’żewġ fatturi offruta mill-EU login.

Modifika tat-Termini u l-Kundizzjonijiet tal-Użu

Il-Kummissjoni Ewropea tirriżerva d-dritt li timmodifika dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet tal-Użu fi kwalunkwe ħin. Kwalunkwe bidla bħal din tiġi nnotifikata fuq il-pjattaforma, u l-użu kontinwu tiegħek tal-pjattaforma tal-Europass jikkostitwixxi l-qbil tiegħek mal-aħħar verżjoni tat-Termini u l-Kundizzjonijiet.

Bl-użu tal-pjattaforma tal-Europass, inti tirrikonoxxi u taqbel li tikkonforma mal-politiki u r-regolamenti deskritti f’dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet tal-Użu.

F’każ ta’ kwalunkwe ksur tat-Termini u l-Kundizzjonijiet, il-Kummissjoni Ewropea tirriżerva d-dritt li tneħħi kwalunkwe kontenut li jista’ jitqies bħala illegali, qarrieqi, mhux etiku jew b’xi mod ieħor mhux xieraq. Il-Kummissjoni tirriżerva wkoll id-dritt li tirrestrinġi, tissospendi jew timblokka b’mod temporanju jew permanenti l-aċċess għal din il-pjattaforma lil kwalunkwe utent bi ksur tat-Termini u l-Kundizzjonijiet, kif ukoll li tħassar kwalunkwe data konnessa ma’ dawn il-kontijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċetta ebda responsabbiltà għal telf jew ħsara li jirriżultaw minn tali azzjoni.

Grazzi tal-kooperazzjoni u l-aderenza tiegħek ma’ dawn it-termini u l-kundizzjonijiet.