Oħloq l-Ittra ta’ Akkumpanjament tal-Europass tiegħek
L-Europass jgħinek tiżviluppa ittra ta’ akkumpanjament strutturata, konsistenti u professjonali li jiggwidak ma' kull pass. Tista' toħloq ittri ġodda ta’ akkumpanjament jew teditja dawk eżistenti billi tuża l-għodda tal-Europass biex toħloq u teditja ittri ta’ akkumpanjament.
Kif il-Europass jgħinek?
Il-Europass se jiggwidak pass pass tul il-proċess biex jgħinek toħloq ittra ta’ akkumpanjament bl-informazzjoni essenzjali kollha. Int tista’ toħloq, taħżen u taqsam l-ittri ta’ akkumpanjament f’31 lingwa, tagħżel minn templates differenti biex tippersonalizza l-applikazzjoni tiegħek u taqsamhom b’mod faċli mil-Librerija tal-Europass tiegħek.
Kif tikteb l-ittra ta’ akkumpanjament
L-ittra ta’ akkumpanjament għandha tenfasizza l-motivazzjoni biex tapplika għal impjieg jew opportunità speċifika, u turi għaliex tqis lilek innifsek bħala l-aqwa kandidat. L-ittra ta’ akkumpanjament għandha tirreferi għal eżempji partikolari fis-CV tiegħek u tiddeskrivi għala huma rilevanti għall-post tax-xogħol vakanti li qed tapplika għalih.
Aqra l-avviż tal-post tax-xogħol vakanti bir-reqqa u enfasizza l-ħiliet li għandhom relazzjoni mal-ħtiġijiet tal-pożizzjoni fl-ittra ta’ akkumpanjament tiegħek.
Uża kliem ewlieni meta telenka l-ħiliet personali tiegħek hekk kif issemmew fl-avviż tal-post tax-xogħol vakanti (puntwali, organizzat, attur f’tim u hekk).
Ikteb paragrafi qosra u ċari li juru aspetti differenti b’mod ċar.
Ħu l-ħin tiegħek biex tirriċerka dwar l-impjegatur biex tikseb tagħrif validu dwar il-kultura tal-organizzazzjoni tiegħu u agħmel referenzi fl-ittra ta’ akkumpajament tiegħek għal xi wieħed jew żewġ punti ewlenin.
L-ittra ta’ akkumpajament m’għandhiex tkun itwal minn paġna.
- L-ewwel paragrafu - għaliex int motivat biex tapplika għall-pożizzjoni,
- It-tieni paragrafu - kif int l-aktar kandidat xieraq għall-pożizzjoni, u
- It-tielet paragrafu - għaliex l-kumpanija togħġbok.
Uża ton formali, edukat u kun żgur li ma jkunx hemm żbalji ortografiċi.
Uża stili ta’ karattri sempliċi mhux dekorattivi, qisien normali ta’ karattri (11-12) u spazjar tajjeb (1 jew 1.5).
Servizzi tal-UE li jistgħu jgħinuk
EURES - il-Portal Ewropew dwar il-Mobbiltà fix-Xogħol
Sib impjiegi mill-Ewropa kollha
Xogħol f’pajjiżi oħra tal-UE
Informazzjoni, għajnuna u pariri dwar id-drittijiet marbuta max-xogħol fl-UE
Edukazzjoni u taħriġ f’pajjiżi oħra tal-UE
Informazzjoni, għajnuna u pariri dwar id-drittijiet marbuta mat-tagħlim fl-UE