Deskrizzjoni tat-tmien livelli tal-QEK
Kull wieħed mit-8 livelli huwa definit b’sett ta’ deskritturi li jindikaw l-eżiti tat-tagħlim rilevanti għall-kwalifiki f’dak il-livell fi kwalunkwe sistema tal-kwalifiki.
L-eżiti tat-tagħlim huma definiti f'termini ta':
Għarfien: Fil-kuntest tal-QEK, l-għarfien jiġi deskritt bħala teoretiku u/jew fattwali.
Ħiliet: Fil-kuntest tal-QEK, il-ħiliet jiġu deskritti bħala konjittivi (peress li jinvolvu l-użu tal-loġika, l-intwizzjoni u l-ħsieb kreattiv) u prattiċi (peress li jinvolvu l-kapaċità manwali u l-użu ta’ metodi, materjal, għodda u strumenti).
Responsabbiltà u awtonomija: Fil-kuntest tal-QEK, ir-responsabbiltà u l-awtonomija jiġu deskritti bħala l-kapaċità ta’ min jitgħallem li japplika l-għarfien u l-ħiliet b’mod awtonomu u b’responsabbiltà.
| Għarfien | Ħiliet | Responsabbiltà u awtonomija |
| għarfien ġenerali bażiku | ħiliet bażiċi meħtieġa għat-twettiq ta’ kompiti sempliċi | xogħol jew studju taħt superviżjoni diretta f’kuntest strutturat |
| Għarfien | Ħiliet | Responsabbiltà u awtonomija |
| għarfien fattwali bażiku dwar qasam ta’ xogħol jew studju | ħiliet konjittivi u prattiċi bażiċi meħtieġa biex l-informazzjoni rilevanti tintuża biex jitwettqu kompiti u jissolvew problemi ta’ rutina permezz tal-użu ta’ regoli u għodod sempliċi | xogħol jew studju taħt superviżjoni iżda b’ċerta awtonomija |
| Għarfien | Ħiliet | Responsabbiltà u awtonomija |
| għarfien tal-fatti, il-prinċipji, il-proċessi u l-kunċetti ġenerali, f’qasam ta’ xogħol jew studju | firxa ta’ ħiliet konjittivi u prattiċi meħtieġa biex jitwettqu kompiti u jissolvew problemi billi jintgħażlu u jitħaddmu metodi, għodod, materjal u informazzjoni bażiċi | teħid ta’ responsabbiltà għat-twettiq ta’ kompiti fix-xogħol jew fl-istudju adattament tal-imġiba personali għaċ-ċirkostanzi biex jissolvew il-problemi |
| Għarfien | Ħiliet | Responsabbiltà u awtonomija |
| għarfien fattwali u teoretiku f’kuntesti wesgħin f’qasam ta’ xogħol jew studju | firxa tal-ħiliet konjittivi u prattiċi meħtieġa biex jinstabu soluzzjonijiet għal problemi speċifiċi f’qasam ta’ xogħol jew studju | kapaċità li wieħed imexxi lilu nnifsu skont il-linji gwida tal-kuntesti tax-xogħol jew tal-istudju li ħafna drabi jkunu prevedibbli, iżda jistgħu jinbidlu superviżjoni tax-xogħol ta’ rutina ta’ ħaddieħor, filwaqt li tittieħed ċerta responsabbiltà għall-evalwazzjoni u t-titjib ta’ attivitajiet tax-xogħol jew tal-istudju |
| Għarfien | Ħiliet | Responsabbiltà u awtonomija |
| għarfien komprensiv, speċjalizzat, fattwali u teoretiku f’qasam ta’ xogħol jew studju u fehim tal-limiti ta’ dak l-għarfien | firxa komprensiva tal-ħiliet konjittivi u prattiċi meħtieġa biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet kreattivi għal problemi astratti | kapaċità ta’ tmexxija u superviżjoni f’kuntesti ta’ attivitajiet ta’ xogħol jew studju li jinbidlu b’mod imprevedibbli rieżami u żvilupp tal-prestazzjoni personali u ta’ persuni oħrajn |
| Għarfien | Ħiliet | Responsabbiltà u awtonomija |
| għarfien avvanzat ta’ qasam ta’ xogħol jew studju, li jinvolvi fehim kritiku ta’ teoriji u prinċipji | ħiliet avvanzati li juru ħakma tas-suġġett u innovazzjoni, li huma meħtieġa biex jiġu solvuti problemi kumplessi u imprevedibbli f’qasam ta’ xogħol jew studju speċjalizzat | kapaċità li wieħed imexxi attivitajiet jew proġetti tekniċi jew professjonali kumplessi, filwaqt li jieħu responsabbiltà għat-teħid ta’ deċiżjonijiet f’kuntesti ta’ xogħol jew studju imprevedibbli teħid ta’ responsabbiltà għat-tmexxija tal-iżvilupp professjonali ta’ individwi u gruppi |
| Għarfien | Ħiliet | Responsabbiltà u awtonomija |
| għarfien speċjalizzat ferm, li parti minnu tkun fost l-aktar prominenti f’qasam ta’ xogħol jew studju, li fuqu jissejsu l-ħsieb u/jew ir-riċerka oriġinali moħħ kritiku b’rabta ma’ kwistjonijiet ta’ għarfien f’qasam partikolari u fl-interfaċċa bejn oqsma differenti | ħiliet speċjalizzati fir-riżoluzzjoni ta’ problemi li huma meħtieġa fir-riċerka u/jew fl-innovazzjoni biex jiġu żviluppati għarfien u proċeduri ġodda u biex jiġi integrat l-għarfien minn oqsma differenti | tmexxija u t-trasformazzjoni ta’ kuntesti ta’ xogħol jew studju li huma kumplessi, imprevedibbli u li jeħtieġu approċċi strateġiċi ġodda teħid ta’ responsabbiltà għall-kontribut mogħti lill-għarfien u l-prattika professjonali u/jew għar-rieżami tal-prestazzjoni strateġika tat-timijiet |
| Għarfien | Ħiliet | Responsabbiltà u awtonomija |
| għarfien mill-aktar avvanzat f’qasam ta’ xogħol jew studju u fl-interfaċċa bejn żewġ oqsma | l-aktar ħiliet u tekniki avvanzati u speċjalizzati, inklużi s-sinteżi u l-evalwazzjoni, meħtieġa biex tinstab soluzzjoni għal problemi kritiċi fir-riċerka u/jew fl-innovazzjoni u biex jitwessgħu u jissawru mill-ġdid l-għarfien jew il-prattiki professjonali eżistenti | turija ta’ ammont sostanzjali ta’ awtorità, innovazzjoni, awtonomija, integrità akkademika u professjonali u impenn sostnut favur l-iżvilupp ta’ ideat jew proċessi ġodda bħala prijorità f’kuntesti ta’ xogħol jew studju, inkluża r-riċerka |
Kompatibbiltà mal-Qafas tal-Kwalifiki taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni Għolja
Il-Qafas tal-Kwalifiki taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni Għolja jipprevedi deskritturi għal tliet ċikli maqbula mill-Ministri responsabbli għall-edukazzjoni għolja waqt il-laqgħa li kellhom f’Bergen f’Mejju 2005 fil-kuntest tal-proċess ta’ Bolonja. Kull deskrittur taċ-ċiklu jagħti dikjarazzjoni ġenerika tal-aspettattivi tipiċi tal-kisbiet u tal-kapaċitajiet assoċjati mal-kwalifiki li jirrappreżentaw it-tmiem ta’ dak iċ-ċiklu.
1. Id-deskrittur għaċ-ċiklu qasir żviluppat mill-Inizjattiva Konġunta dwar il-Kwalità bħala parti mill-proċess ta’ Bolonja, (li jista’ jkun fi ħdan l-ewwel ċiklu jew marbut miegħu), jikkorrispondi għall-eżiti tat-tagħlim għal-livell 5 tal-QEK.
2. Id-deskrittur għall-ewwel ċiklu jikkorrispondi għall-eżiti tat-tagħlim għal-livell 6 tal-QEK.
3. Id-deskrittur għat-tieni ċiklu jikkorrispondi għall-eżiti tat-tagħlim għal-livell 7 tal-QEK.
4. Id-deskrittur għat-tielet ċiklu jikkorrispondi għall-eżiti tat-tagħlim għal-livell 8 tal-QEK.
Facebook
Twitter
Linkedin