Kif nista’ nissettja l-app tal-EU login fuq apparat mobbli?

Biex tissettja l-app mobbli tal-EU Login bħala t-tieni metodu ta’ awtentikazzjoni biex taċċessa l-portal tal-Europass, trid issegwi 3 passi:

  • Iddawnlowdja l-app
  • Issettja “Apparati mobbli” fuq il-kredenzjali tal-EU Login tiegħek fuq is-sit web tal-ECAS.
  • Agħżel il-metodu ta’ awtentikazzjoni “Mobile app + pin”.

 

Iddawnlowdja l-app fuq l-apparat tiegħek. Meta toħloq il-kont u jirnexxielek tawtentika għall-ewwel darba fuq is-sit web tal-ECAS, ċaqlaq il-mouse fuq il-“gear” fir-rokna ta’ fuq tal-lemin biex turi l-menu u agħżel “Il-Kont Tiegħi”.

Ikklikkja “Immaniġġja l-apparati mobbli tiegħi”. Ikklikkja “Żid apparat mobbli”.

Imla l-informazzjoni meħtieġa fuq l-iskrin “Żid apparat mobbli”. Jenħtieġ li tipprovdi isem għall-apparat tiegħek u tissettja kodiċi PIN b’erba’ ċifri. 

Ikklikkja l-buttuna Issottometti.

Iftaħ l-app tal-EU Login fuq it-telefown tiegħek u agħżel l-opzjoni “Inizjalizza”. Segwi l-istruzzjonijiet fuq l-iskrin u ppermetti aċċess għall-kamera tiegħek.

L-iskener tal-kodiċi QR se jixgħel fuq l-apparat mobbli tiegħek, u se jintwera kodiċi QR fuq l-iskrin tal-PC tiegħek.

Ipponta l-kamera tal-mobile tiegħek lejn l-iskrin tal-PC sakemm jintgħaraf il-kodiċi QR.

Fl-iskrin “Awtentikazzjoni”, daħħal il-kodiċi PIN b’erba’ ċifri li ssettjajt qabel u kklikkja “Awtentika”.

Fuq l-apparat tiegħek se jintwera messaġġ ta’ suċċess, li jikkonferma s-setup tal-apparat mobbli tiegħek mal-EU Login.

Prosit! L-app mobbli tal-EU Login tiegħek irnexxielha tiġi installata u tista’ tużaha għall-awtentikazzjoni. Ikklikkja “Kompli” biex terġa’ tmur lura lejn l-iskrin tal-bidu.

Fejn nista’ niddawnlowdja l-app tal-EU login?

Tista’ tiddawnlowdja l-app mobbli tal-EU Login mill-Google Play store (jekk għandek Android bħala s-sistema operattiva fuq l-apparat tiegħek) jew The Apple App Store (jekk għandek iOS bħala s-sistema operattiva fuq l-apparat tiegħek).

M'għandix smartphone. Kif nista’ nattiva l-awtentikazzjoni b’żewġ fatturi?

Jekk sadattant m’għandekx smartphone fil-pussess tiegħek, li jista’ jopera l-App Mobbli tal-EU Login, tista’ tuża apparat ieħor biex tawtentika jew tuża xi wħud mill-opzjonijiet ta’ awtentikazzjoni l-oħrajn tagħna.

Tista’ tuża kwalunkwe apparat kompatibbli tal-IOS jew tat-tablet tal-Android biex tinstalla l-App Mobbli  tal-EU Login jew tista’ tuża ż-żewġ opzjonijiet ta’ awtentikazzjoni l-oħrajn disponibbli:

  • Ċavetta tas-sigurtà (bħal YubiKey);
  • Pjattaforma ta’ fiduċja (bħal Window Hello) fuq il-kompjuter tiegħek.

Jekk jogħġbok sib aktar informazzjoni dwar dawn iż-żewġ opzjonijiet permezz ta’ tutorial tal-EU Login u fuq il-paġni ta’ appoġġ tal-EU login.

Insejt il-password tal-EU login tiegħi. X’għandi nagħmel?

Jekk insejt il-password tiegħek jew irċevejt messaġġ ta’ żball li jiddikjara “il-password mogħtija mhix korretta”, allura tista’ titlob email biex tissettja mill-ġdid l-password tiegħek.

Ipprovdi l-indirizz tal-email tiegħek u segwi l-istruzzjonijiet fuq l-iskrin. Issa għandek tkun tista’ tissettja password ġdida.

Ippruvajt noħloq kont, iżda qed jidher messaġġ li l-email tiegħi hi diġà rreġistrata.

Dan ifisser li diġà ħloqt kont tal-EU Login. Jista’ jagħti l-każ li kien għal applikazzjoni jew paġna web oħra flok il-Europass.

Mur fuq Issettja mill-ġdid l-password tiegħek u pprovdi l-indirizz tal-email tiegħek u segwi l-istruzzjonijiet fuq l-iskrin.

Ħloqt kont tal-EU login, iżda ma rċevejtx email ta’ konferma. X’għandi nagħmel?

Ftit minuti wara li timla l-formola, għandek tirċievi email fil-kaxxa postali tiegħek. Jekk ma tkunx tista’ ssib l-email, iċċekkja l-folder tal-ispam jew il-junk folder tiegħek.

Inkella, iċċekkja li l-oqsma kollha fil-formola jkunu mtlew b’mod korrett. F’każ li ttajpjajt ħażin l-indirizz tal-email tiegħek. Jekk dan ikun il-każ, l-unika opzjoni tiegħek hi li terġa’ tirreġistra. Tista’ toħloq il-kredenzjali tal-EU Login tiegħek. Ikklikkja l-link “Oħloq kont” fuq il-paġna ewlenija tal-EU Login.

Il-Europass, issa joffri aktar flessibilità u kontroll fuq is-sigurtà tal-kont tiegħek. M'għadux obbligatorju li tagħmel awtentikazzjoni b'żewġ fatturi (2FA) biex tidħol fil-kont tal-Europass tiegħek, li tagħtik aktar għażla dwar kif tipproteġi d-data tiegħek.

Filwaqt li l-Kummissjoni Ewropea tirrakkomanda li tuża awtentikazzjoni b'żewġ fatturi (2FA) biex tiżdied is-sigurtà tal-kont, lanqas mhi obbligatorja li ssir. Tista' tagħżel li tidħol b'password biss jew iżżid it-tieni fattur ta' awtentikazzjoni, bħall-EU login app, għal aktar protezzjoni.

New improvements to Europass tools

What are the changes?

When you create a new profile from an existing profile or CV

You will be able to edit all the information that you imported with ease. Until now, you may have noticed some fields that have limited characters which automatically shortened the information. All the fields and information that will not fit in in the new version will be marked clearly. This will help you to notice and correct them easily.

Illum il-ġurnata, l-użu ta’ password biss mhuwiex biżżejjed peress li aktar minn 80 % tal-hacks huma r-riżultat ta’ serq tal-kredenzjali. Pass ieħor sempliċi wara li ddaħħal il-password tiegħek jiżgura li l-kont tiegħek ikun aktar sikur mill-hackers li jkunu qed jippruvaw jisirqu kwalunkwe informazzjoni li tista’ tintuża ħażin. Kun ċert li tattiva l-2FA tiegħek fil-Europass peress li dan se jsir rekwiżit obbligatorju tas-sikurezza dalwaqt.  

Subscribe to