Għaliex għandi nuża l-Europass?

Il-Europass joffrilek għodod li jgħinuk tirrekordja l-ħiliet, il-kwalifiki u l-esperjenzi tiegħek u tfittex u tapplika għal impjiegi jew korsijiet ġodda.

Il-Europass jippreżentalek l-informazzjoni u l-punti ta’ kuntatt rilevanti pprovduti minn sorsi Ewropej u nazzjonali fdati, li jgħinuk tagħmel deċiżjonijiet infurmati dwar il-karriera.

Tista’ tirreġistra biex toħloq il-profil tal-Europass tiegħek u tagħmel l-aħjar użu mill-għodod u l-informazzjoni kollha disponibbli fil-Europass.

Hemm opportunitajiet bla limitu biex taħdem u ssib opportunitajiet ġodda ta’ impjieg madwar l-Ewropa kollha. Il-Europass jista’ jgħinek tippjana l-karriera tiegħek, tikseb ħiliet ġodda u ssib l-opportunità l-ġusta biex tpoġġihom fis-seħħ.
Hemm opportunitajiet bla limitu biex tistudja, titħarreġ u ssib opportunitajiet ġodda ta’ tagħlim madwar l-Ewropa kollha. Il-Europass jista jgħinek tippjana t-tagħlim tiegħek u ssib l-opportunità ġusta biex tiżviluppa l-ħiliet tiegħek.

X’inhu l-Europass?

Il-Europass hu sett ta’ għodod u informazzjoni online li jgħinek timmaniġġja kull pass tat-tagħlim u l-karriera tiegħek. L-għodod u l-informazzjoni jgħinuk tikkomunika l-ħiliet, il-kwalifiki u l-esperjenzi tiegħek b’mod ċar u konsistenti fl-Ewropa kollha. Il-Kummissjoni Ewropea żviluppat il-Europass.

Subscribe to