Informazzjoni dwar servizzi ta’ għajnuna nazzjonali u tal-UE biex titgħallem fil-Bulgarija.

Informazzjoni dwar servizzi ta’ għajnuna nazzjonali u tal-UE biex titgħallem fl-Awstrija.

Ir-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kwalifiki hu kruċjali biex jiġu appoġġjati l-mobbiltà u t-tagħlim kif ukoll l-opportunitajiet ta’ karriera għal kulħadd fl-UE kollha.

Is-servizzi offruti mill-Europass huma riżorsa tajba għall-professjonisti tar-Riżorsi Umani (HR), dawk li jirreklutaw, il-maniġers tar-reklutaġġ, u dawk li jagħtu pariri dwar il-karriera li jeħtieġu aċċess għal għodod u informazzjoni affidabbli biex jgħinu biex wieħed jifhem il-ħiliet u l-kwalifiki tal-applikanti għal impjieg.

L-għodda Ewropea għall-immaniġġjar tal-karriera u l-istudji

Il-Europass hu għodda multilingwi li tippermetti lill-istudenti jew lill-istudenti prospettivi tiegħek jiddokumentaw il-ħiliet, il-kwalifiki u l-esperjenza kollha tagħhom f’post wieħed. L-utenti tal-Europass jistgħu joħolqu profil personali, f’għodda sigura online, biex jidentifikaw l-għanijiet tagħhom u jżommu kont tat-tagħlim u l-kisbiet kollha tagħhom.

L-istudenti jistgħu jużaw ukoll il-profil waqt l-istudji tagħhom biex iżommu rekord tal-proġetti, il-kisbiet u l-progress tagħhom.

Il-Europass jipprovdi lill-prattikanti ta’ gwida b’għodod multilingwi u b’informazzjoni rilevanti biex jgħinu lin-nies bil-karrieri u t-tagħlim.

L-UE żviluppat il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK) bħala għodda ta’ traduzzjoni biex il-kwalifiki nazzjonali jsiru aktar faċli biex jinftiehmu u aktar komparabbli. Il-QEK ifittex biex jappoġġja l-mobbiltà transfruntiera tal-istudenti u tal-ħaddiema, jippromwovi t-tagħlim tul il-ħajja u l-iżvilupp fl-Ewropa kollha.

Il-protezzjoni tal-informazzjoni personali tiegħek hi prijorità għall-Europass. Il-Europass qatt mhu se jaqsam, ibigħ jew juża l-informazzjoni personali tiegħek mill-profil tal-Europass tiegħek. Inti tikkontrolla lil min taqsam l-informazzjoni miegħu u għal kemm żmien.
Il-Mobbiltà tal-Europass hu dokument li jista’ jgħinek turi l-ħiliet li ksibt matul l-esperjenza tiegħek b’mod sempliċi, konsistenti u li jinftiehem.
Għandek kwalifika vokazzjonali, bħal apprendistat jew kors ta’ taħriġ? Is-Suppliment tal-Europass għaċ-Ċertifikat jista’ jgħinek turi l-kwalifiki vokazzjonali tiegħek fl-Ewropa b’mod sempliċi u li jinftiehem.
Subscribe to