X’inhuma l-Kredenzjali Diġitali

Il-Kredenzjali Diġitali tal-Europass jiddeskrivu kisba fit-tagħlim. Dawn jiddeskrivu attivitajiet, valutazzjonijiet, u intitolamenti professjonali kif ukoll kwalifiki.

 

Il -Kumissjoni Ewropea qiegħda tiżviluppa l-Infrastruttura tal-Kredenzjali Diġitali tal-Europass (EDCI) biex tappoġġja l-effiċjenza u s-sigurtà fil-mod kif kredenzjali bħall-kwalifiki u kisbiet oħra tat-tagħlim jistgħu jiġu rikonoxxuti fl-Ewropa kollha.https://ec.europa.eu/info/index_en

Qed isir ix-xogħol fuq l-iżvilupp tal-Infrastruttura tal-Kredenzjali Diġitali tal-Europass (EDCI). L­EDCI se tappoġġja s-servizzi tal-awtentikazzjoni tal-informazzjoni dwar il-ħiliet u l-kwalifiki kif imfassla fl-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni dwar il-Europass.

Kredenzjali hija dikjarazzjoni dokumentata li fiha stqarrijiet dwar persuna maħruġin minn organizzazzjoni edukattiva wara esperjenza ta’ tagħlim.

Il-Kredenzjali Diġitali tal-Europass jiddeskrivu kisba fit-tagħlim. Dawn jistgħu jiddeskrivu:

Benefiċċji

Bħala file diġitali, il-kredenzjali jistgħu jinkludu firxa wiesgħa ta’ informazzjoni ta’ valur li tista’ tgħin ir-rikonoxximent u l-fehim tal-kredenzjali mill-impjegaturi u istitutzzjonijiet oħra. Il-Kredenzjali Diġitali tal-Europass għandu ħafna aktar benefiċċji minn dawk stampati fuq il-karta. Dawn jistgħu jnaqqsu x-xogħol tal-amministrazzjoni għall-istudenti u l-gradwati kif ukoll għall-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ u n-negozji. Il-Kredenzjali Diġitali tal-Europass jistgħu jnaqqsu wkoll l-impatt tal-frodi fil-kredenzjali u jikkontribwixxu lejn flussi ta’ xogħol mingħajr il-karta.

Il-Kredenzjali Diġitali tal-Europass isostni il-verifika instantanja; recivituri jistgħu awtomatikament jivverifikaw l-informazzjon bħall-identità tal-korp tal-għotja jew l-assigurazzjoni tal-kwalità ta’ kwalifika.

Il-Kredenzjali Diġitali tal-Europass jiġu ffirmata bis-Siġill elettroniku li tfisser li dawn igwadu preżunzjoni legali tal-awtentiċità fl-UE kollha kif ukoll l-ekwivalenza għall-kredenzjali stampati fuq karta li fihom l-istess informazzjoni.

Żvilupp

Il-Kummissjoni qiegħda tiżviluppa l-għodda, is-software u s-servizzi li se jiffurmaw parti mill-EDCI. Tmintax-il pajjiż qegħdin jieħdu sehem fil-proġett pilota tal-kredenzjali diġitali biex jittestjaw dawn l-elementi fil-livell nazzjonali. Hawn se jiġu ippubblikati informazzjoni u aġġornamenti hekk kif il-proġett ikompli.

Informazzjoni teknika dwar il-Kredenzjali Diġitali tal-Europass

Informazzjoni dwar il-Kredenzjali Diġitali tal-Europass għall-istudenti

    • attivitajiet (eż. attendenza fil-klassijiet),
    • valutazzjonijiet (eż. proġetti),
    • kisbiet (eż. ħiliet żviluppati), 
    • intitolamenti professjonali (eż. reġistrazzjoni bħala tabib mediku) u
    • kwalifiki.