Il-Europass joffri firxa ta’ għodod bla ħlas u multilingwi biex jużawhom in-nies sabiex jimmaniġġjaw il-karriera u t-tagħlim tul il-ħajja tagħhom.
Il-Europass għandu l-għan li joffri informazzjoni f’waqtha u preċiża dwar il-ħiliet u l-iżviluppi tas-suq tax-xogħol fil-pajjiżi, is-setturi u l-okkupazzjonijiet tal-UE fil-futur.

Il-Europass Mobility huwa dokument li jiġbor l-għarfien u l-ħiliet miksuba f’pajjiż Ewropew ieħor.

 

Il -Kumissjoni Ewropea qiegħda tiżviluppa l-Infrastruttura tal-Kredenzjali Diġitali tal-Europass (EDCI) biex tappoġġja l-effiċjenza u s-sigurtà fil-mod kif kredenzjali bħall-kwalifiki u kisbiet oħra tat-tagħlim jistgħu jiġu rikonoxxuti fl-Ewropa kollha.https://ec.europa.eu/info/index_en

X’inhu l-Passaport ta' Ħiliet tal-Europass?

Il-Passaport ta' Ħiliet tal-Europass kien għodda offruta permezz tal-Europass sal-2019. Hu ppermetta lill-utenti joħolqu ġabra ta’ dokumenti f’fajl wieħed. Madankollu, il-Passaport ta' Ħiliet tal-Europass ma għadux jiġi offrut, l-utenti ewlenin tal-Europass issa jistgħu jixxerjaw id-dokumenti mil-Librerija tal-Europass tagħhom.

Kif niddeskrivi l-ħiliet diġitali tiegħi.

Tista’ telenka, u torganizza, il-ħiliet diġitali tiegħek fil-profil tal-Europass. Tista’ toħloq lista tal-ħiliet diġitali kollha tiegħek, inklużi għodod u software li tista’ tuża, kif ukoll proġetti jew kisbiet li inti kburi bihom. Tista’ tiddeskrivi l-għodda li tuża fix-xogħol tiegħek jew l-istudji tiegħek, kif ukoll l-għodda li tuża fil-ħin tiegħek (eż. il-media soċjali, il-blogging, il-logħob). Tista’ wkoll torganizza l-ħiliet tiegħek fi gruppi differenti, eż. toħloq grupp ta’ għodod diġitali li tuża għad-disinn; jew ħiliet diġitali li tuża fix-xogħol tiegħek, jew saħansitra lista ta’ ħiliet diġitali li tixtieq tiżviluppa.

Kif tagħmel awtovalutazzjoni tal-ħiliet lingwistiċi tiegħek?

Tista’ tagħmel awtovalutazzjoni tal-ħiliet lingwistiċi tiegħek fil-profil tal-Europass. Li tagħmel awtovalutazzjoni tal-ħiliet tiegħek ifisser li tirrifletti fuq il-ħiliet tiegħek, u tiddeskrivi l-livelli tal-ħiliet tiegħek. Tista’ timla tabella sempliċi ta’ awtovalutazzjoni fil-profil tal-Europass biex tiddeskrivi l-ħiliet lingwistiċi tiegħek. Tista’ taqra kull waħda mid-deskrizzjonijiet fl-għodda ta’ awtovalutazzjoni u tagħżel il-livell li taħseb li jiddeskrivi bl-aħjar mod is-smigħ, il-qari, l-interazzjoni mitkellma, il-ħiliet tal-produzzjoni mitkellma u tal-kitba tiegħek fi kwalunkwe lingwa. Int tista’ taħżen ukoll iċ-ċertifikati tal-lingwa fil-Librerija tal-Europass. L-għodda ta’ awtovalutazzjoni tuża l-Qafas Komuni Ewropew għal-Lingwi (QKERL).

Tista’ tixxerja t-tabella ta’ awtovalutazzjoni mill-profil tal-Europass tiegħek biex tixxerjaha ma’ oħrajn bħall-impjegaturi, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni jew tat-taħriġ.

Subscribe to