Il-Europass għal Konsulenza ta’ Gwida

Il-Europass jipprovdi lill-prattikanti ta’ gwida b’għodod multilingwi u b’informazzjoni rilevanti biex jgħinu lin-nies bil-karrieri u t-tagħlim.

Il-pjattaforma tal-Europass, immaniġġjata mill-Kummissjoni Ewropea, hi sett ta’ għodod online bla ħlas u informazzjoni dwar it-tagħlim tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera. Dawn l-għodod u l-informazzjoni huma riżorsa ta’ valur għall-individwi kif ukoll għall-prattikanti ta’ gwida meta joffru appoġġ u informazzjoni lil nies interessati li jistudjaw, jitħarrġu, jaħdmu u jagħmlu volontarjat fl-Ewropa.

Pjattaforma online għat-tkabbir personali u professjonali

L-ippjanar ta’ mogħdijiet ta’ tagħlim u karrieri jirrikjedi mhux biss appoġġ minn prattikanti ta’ gwida iżda wkoll informazzjoni aġġornata u għodod li jappoġġjaw lin-nies bid-deċiżjonijiet tagħhom.

Il-Europass joffri sett bla ħlas ta’ għodod u informazzjoni online li jgħin lin-nies jimmaniġġjaw kull pass tat-tagħlim u l-karriera tagħhom. Il-profil tal-Europass il-ġdid jippermetti lill-utenti biex juru, jiddokumentaw u jikkondividu l-ħiliet, il-kwalifiki u l-esperjenza tagħhom minn kull stadju ta’ ħajjithom. Dan jappoġġja lin-nies biex isibu l-impjieg jew il-kors it-tajjeb billi jissuġġerixxi opportunitajiet rilevanti li jikkorrispondu għas-sett ta’ kompetenzi u esperjenza tal-individwi. Hu joffri għodod ta’ riflessjoni online bla ħlas, aċċess għall-informazzjoni u l-possibbiltà ta’ ħżin u ta’ wiri ta’ kredenzjali diġitali.

Il-Europass huwa mfassal bħala servizz ta’ aċċess faċli li jirrispondi għall-ħtiġijiet ta’ diversi gruppi ta’ utenti (disponibbli b’31 lingwa Ewropea).

 

Simplifikazzjoni tal-komunikazzjoni bejn il-klijent u l-prattikant ta’ gwida

Il-prattikanti ta’ gwida u professjonisti oħra jistgħu jużaw l-għodod u l-informazzjoni tal-Europass mal-klijenti tagħhom għal finijiet multipli. Il-prattikanti ta’ gwida jistgħu jaħdmu mal-klijenti biex jimlew il-profil tal-Europass tagħhom u jiżviluppaw stampa sħiħa tal-ħiliet, tal-kwalifiki u tal-interessi tagħhom. Il-klijenti jistgħu jirċievu suġġerimenti ta’ xogħol abbażi tal-informazzjoni fil-profil tagħhom. Il-klijenti jistgħu wkoll jikkondividu faċilment l-informazzjoni mill-profil tagħhom ma’ prattikanti ta’ gwida biex jiksbu l-gwida dwar il-karriera u t-tagħlim li jeħtieġu.

Il-Europass joffri informazzjoni dwar it-tagħlim fl-Ewropa u x-xogħol fl-Ewropa li jista’ jkun ta’ użu għalik meta tassisti lill-klijenti. Il-prattikanti ta’ gwida jistgħu jsibu wkoll informazzjoni aġġornata fuq:

 

Il-Europass joffri wkoll paġni tal-pajjiżi b’informazzjoni dwar is-servizzi Ewropej u nazzjonali, sorsi ta’ informazzjoni u networks simili oħrajn li jistgħu jipprovdu appoġġ lill-klijenti.

 

Il-Europass għandu l-għan li jkun għodda ta’ gwida, li jappoġġja l-gwida fit-tagħlim tul il-ħajja sabiex ikun aktar faċli li jinstabu opportunitajiet ġodda għall-impjieg, it-tagħlim u l-mobbiltà. Il-Europass hu għodda bla ħlas li l-prattikanti ta’ gwida jistgħu jużaw ma’ utenti differenti u, billi jagħmlu dan, irawmu l-inklużjoni, il-parteċipazzjoni, u l-aċċessibbiltà ta’ kulħadd.

Woman pointing at a white board with sticky notes about learning and skills

Promozzjoni tal-Europass għall-istudenti, il-ħaddiema, dawk li qed ifittxu x-xogħol u għall-voluntiera

Il-Kummissjoni Ewropea qed taħdem mal-pajjiżi parteċipanti, il-partijiet ikkonċernati u l-esperti fl-UE kollha biex tiżviluppa u tippromwovi l-Europass. Il-prattikanti ta’ gwida fis-setturi tal-edukazzjoni u l-impjiegi għandhom rwol ewlieni fl-użu tal-Europass biex jgħinu lil udjenzi differenti u juru l-potenzjal għall-Europass biex jadatta għal ħtiġijiet differenti.

Ikkuntattjana għal kwalunkwe feedback jew mistoqsija dwar il-Europass.