- update 424 days ago.

Il-pass strutturat: Il-manager tal-applikazzjoni

Kif huwa eħfef li tistruttura l-applikazzjonijiet u d-dokumenti kollha tiegħek għall-impjiegi f’post wieħed

Hemm ħafna opportunitajiet ta’ xogħol u ta’ tagħlim li jista’ jkun li tixtieq tapplika għalihom f’ħajtek. Hemm mnejn li wħud minnhom tiskoprihom fl-aħħar minuta; għal xi wħud jista’ jkun li tipprepara għalihom għal xhur sħaħ. Fiż-żewġ każijiet, huwa għaqli li s-CVs, l-ittri ta’ motivazzjoni, iċ-ċertifikati kollha tiegħek u d-dokumenti ta’ sostenn tiegħek ikunu lesti fil-Librerija tal-Europass tiegħek. Il-Librerija tal-Europass hija l-ispazju sigur online tiegħek faċilment aċċessibbli flimkien mal-profil tal-Europass tiegħek.

Jekk għadek m’għamiltx dan, applowdja d-dokumenti kollha tiegħek fil-Librerija tal-Europass tiegħek u kun lest għal kwalunkwe opportunità li tista’ tiltaqa’ magħha!

Tista’ toħloq folders tal-applikazzjonijiet differenti fejn tkun tista’:

  • Iżżid informazzjoni dwar l-opportunità bħad-deskrizzjoni tal-pożizzjoni, l-isem tal-organizzazzjoni u l-iskadenza għall-applikazzjoni.
  • Tehmeż id-dokumenti kollha li huma rilevanti għal dik l-applikazzjoni speċifika bħas-CV adattat għal dan l-impjieg, iċ-ċertifikati, l-ittra ta’ akkumpanjament, l-ittri ta’ referenza u links oħra.
Tista’ tissejvja l-folder tal-applikazzjoni tiegħek, tiddawnlowdjah jew tiġġenera link, li tista’ tibgħat lil impjegaturi potenzjali

Din il-karatteristika hija utli ħafna meta tkun qed tapplika għal ħafna impjiegi jew korsijiet fl-istess ħin, trid iżżomm kont ta’ skadenzi stretti, l-ittri ta’ akkumpanjament u s-CVs differenti u tagħmel l-applikazzjonijiet tiegħek imfassla apposta għal kull opportunità.