X’inhu l-Qafas Komuni Ewropew għal-Lingwi (QKERL)?

Il-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi hu linja gwida mill-Kunsill tal-Ewropa użata biex tiddeskrivi l-kisbiet ta’ studenti ta’ lingwi barranin. Il-QKERL jipprovdi metodu ta’ apprendiment, tagħlim u valutazzjoni li japplika għal-lingwi kollha fl-Ewropa. Il-QKERL jinkludi sitt livelli ta’ referenza, li jintużaw fl-Ewropa kollha biex wieħed jifhem il-profiċjenza tal-lingwa. Il-grilja ta’ awtovalutazzjoni tal-QKERL tintuża fil-profil tal-Europass biex tgħin lin-nies jivvalutaw b’mod awtonomu l-profiċjenza fil-lingwa tagħhom.