X’inhu l-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK)?

Il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK) hu għodda tal-UE li tagħmel il-kwalifiki aktar komprensibbli fost il-pajjiżi u s-sistemi. Il-QEK jippermetti li l-kwalifiki miksuba fi kwalunkwe pajjiż Ewropew jiġu mifhuma permezz ta’ sistema sempliċi ta’ tmien livelli. L-informazzjoni dwar il-QEK tista’ tiġi inkluża fid-diplomi tal-kwalifika tiegħek, fis-Suppliment għad-Diploma jew fis-Suppliment għaċ-Ċertifikat tiegħek. Tista’ tinkludi informazzjoni dwar il-livell tal-QEK tal-kwalifika tiegħek fis-CV u l-applikazzjonijiet tiegħek biex tgħin lill-impjegaturi jew lill-istituzzjonijiet edukattivi u ta’ taħriġ f’pajjiżi oħrajn jifhmu l-kwalifiki tiegħek.