X’inhi l-ESCO u kif tintuża fl-Europass?
L-ESCO (Ħiliet, Kompetenzi, Kwalifiki u Impjiegi Ewropej) hi l-klassifikazzjoni multilingwi Ewropea tal-Ħiliet, tal-Kompetenzi u tal-Impjiegi. Hi taħdem bħal dizzjunarju li jiddeskrivi, jidentifika u jikklassifika l-impjiegi u l-ħiliet professjonali rilevanti għas-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni u t-taħriġ fl-UE.
L-ESCO tipprovdi deskrizzjonijiet ta’ 2,942 impjieg u ta’ 13,485 ħila relatata ma’ dawn l-impjiegi, tradotti b’27 lingwa (il-lingwi uffiċjali kollha tal-UE, u bl-Iżlandiż, bin-Norveġiż u bl-Għarbi).
L-Europass juża l-ESCO bi tliet modi:
1) L-utenti tal-Europass għandhom lista definita minn qabel ta’ impjiegi li jistgħu jagħżlu minnhom fit-taqsima tal-Esperjenza tax-Xogħol tagħhom tal-profil jew tas-CV tagħhom.
2) L-ESCO tipprovdi wkoll deskrizzjonijiet sħaħ tal-impjiegi meta tagħżel li tikklikkja l-ikona “għajn”. Imbagħad tista’ tikklikkja l-buttuna “Tgħallem aktar”, li tiddirieġik għall-informazzjoni sħiħa dwar l-impjieg speċifiku.
Facebook
Twitter
Linkedin